L-Uffiċċju Elettorali
L-Uffiċċju Elettorali jipprovdi l-makkinarju amministrattiv u r-riżorsi li teħtieġ il-Kummissjoni biex tilħaq l-obbligi tagħha bil-liġi, li jinkludu ir-reġistrazzjoni, it-trasferiment u t-tneħħija ta’ votanti, u l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet. Apparti l-uffiċċju ewlieni tiegħu in-Naxxar, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, ex 'Trade Fair Grounds', l-Uffiċċju Elettorali għandu wkoll fergħa r-Rabat, Għawdex. Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali huwa l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, li hu wkoll il-President tal-Kummissjoni Elettorali.