Min se jsiefer f'jum il-votazzjoni jista' jaqbeż l-kju
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 11 ta’ April, 2015, ser tingħata l-faċilita’ lill-votanti li jkunu ser isiefru f’dan il-jum stess biex jaqbzu l-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u jurih lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.
10 ta’ April, 2015