votazzjoni
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015
Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-Pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni għar-Referendum Nazzjonali u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali nhar is-Sibt, 11 ta’ April, 2015, ser ikunu bejn is-7.00 am u l-10.00 pm bla waqfien.
Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li ma għandhomx bzonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn għajnuna tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvota.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess ħieles ta’ votant milli jivvota jkun ħati ta’ reat skont il-liġi.
9 ta’ April, 2015