trasport għall-Asssistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 11 ta' April, 2015
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015
Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 11 ta’ April, 2015
Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita’ t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, il-11 ta’ April, 2015, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.
Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 12, 21, 22, 24, 31, 32, 33, 36, 38, 41, 42, 44, 45, 51, 52, 53, 54, 55, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 82, 83, 84, 85, 91, 92, 93, 94, 122 u X5, ser jitilqu mill-outstations fil-5.00 am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.30 am. Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identita’ maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.
9 ta’ April, 2015