Talbiet ta' dokumenti għall-votazzjoni li huma reġistrati fuq Għawdex

Tags: REFERENDUM 2015, LC 2015

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015

 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rrreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mis-2.00 p.m. tal-Hamis, 9 ta' April 2015.

Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq [email protected] jew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew b'mod personali jew permezz ta' kwalunkwe indirizz ta' email.

 

Kull min għamel talba b'mod elettroniku (email jew mill-website tal-Uffiċċju Elettorali) u ma rċeviex risposta bl-email mill-Uffiċċju Elettorali, għandu jiċċekja fejn waslet it-talba tiegħu billi jikkomunika fuq in-numri tat-telefon 21424446 jew 79828272.

 

Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ fir-Rabat, Għawdex.

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

6 ta’ April, 2015