Irtirar ta' Dokumenti għall-Votazzjoni ta' dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex

Tags: REFERENDUM 2015, LC 2015

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

 

REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015

 

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex u li talbu bil-miktub li jixtiequ jieħdu d-Dokument tal-Vot tagħhom minn Malta għandhom jiġbruh personalment mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (ex-Trade Fair Grounds) mit-Tnejn 6 sal-Ħamis 9 ta’ April, 2015.

 

Il-ħinijiet għall-ġbir tad-Dokumenti jkunu:

 

Mit-Tnejn 6 sal-Erbgħa 8 ta’ April:     mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm;

Il-Ħamis 9 ta’ April (l-aħħar jum):       mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 om sa nofsillejl.

 

Votanti reġistrati f’Malta u li għażlu li jiġbru d-Dokument tal-Vot tagħhom min Għawdex għandhom jagħmlu hekk fl-istess ġranet u ħinijiet mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

 

Fil-każijiet kollha, il-votant irid imur personalment u jieħu miegħu il-Karta tal-Identita’ tiegħu.

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

4 ta’ April, 2015