Irtirar ta' Dokumenti għall-Votazzjoni
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 6, it-Tlieta 7 u l-Erbgħa 8 ta’ April, 2015: mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 9 ta’ April, 2015 (l-aħħar jum): mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl
TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’ JEW
ID-DOKUMENT TAR-RESIDENZA, PERSONALMENT
L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT
GĦAL DAN L-ISKOP
MINGĦAJR ID-DOKUMENT GĦALL-VOTAZZJONI ĦADD MA JKUN JISTA’ JIVVOTA NHAR JUM IL-VOTAZZJONI
4 ta’ April, 2015