Ċertifikati għal min ma jkunx jista’ joqgħod fil-queue

Tags: REFERENDUM 2015, LC 2015

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

 

REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015

 

 

Ċertifikati għal min ma jkunx jista’ joqgħod fil-queue

            1.                  Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi fil-ġurnata tal-votazzjoni, persuni li għalqu l-75 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet  u djar tal-anzjani, għandhom jitħallew jaqbżu l-queue f’kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ċertifikat tat-tabib.

 

2.             Persuni li jippreżentaw il-KartAnzjan u li ma għalqux il-75 sena, jitħallew jaqbżu   l-queue bejn is-1.00 pm u l-5.00 pm.

 

3.       Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-queue irid ikollhom ċertifikat tat-tabib biex jitħallew jaqbżu l-queue u dan wara         s-1.00 pm.  Dawk il-persuni li jippreżentaw il-Karta tal-Identita’ Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ jingħataw l-istess faċilita’ mingħajr ħtieġa ta’ ċertifikat mediku.

 

4.     Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet mingħand dawk it-tobba li mhumiex kandidati għall-Elezzjonijiet għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li

jservu bħala ċertifikat mediku għal persuni morda biex jitħallew jaqbżu l-queue waqt il-votazzjoni filħin imsemmi aktar qabel.

 

Kull tabib li japplika jingħata ammont ta’ formoli li fuqhom jinkiteb iċ-ċertifikat u dan l-ammont ta’ formoli jista’ jiżdied skont il-ħtieġa.

 

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

2 ta’ April, 2015