Viżitaturi mhux permessi fl-Isptarijiet fid-9 ta' April, 2015
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015
Il-Kummissjoni Elettorali tavza li fil-jum tal-votazzjoni għar-Referendum Nazzjonali u għall-Kunsilli Lokali li ser issir il-Ħamis, 9 ta’ April, 2015, fl-isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi ħlief mis-7.00 pm sat-8.00 pm. Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorita’ tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.
www.electoral.gov.mt
2 ta’ April, 2015