Votazzjoni ghal dawk li ser ikunu msifrin jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni – 11 ta’ April, 2015

Tags: REFERENDUM 2015, LC 2015

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

 

Referendum Nazzjonali u Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali – April 2015

 

 

Votazzjoni għal dawk li ser ikunu msifrin jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni – 11 ta’ April, 2015

 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, il-11 ta’ April, 2015 u li jixtiequ jivvotaw is-Sibt, 4 ta’ April, 2015, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar, illi baqagħlhom sa nofsinhar tal-Ġimgħa, it-3 ta’ April, 2015, biex jagħmlu dikjarazzjoni ġuramentata/solenni quddiem Kummissjonarju Elettorali fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:

 

mit-Tnejn sal-Ġimgħa:                                             mit-8.00 am sas-2.00 pm u

                                                                                 mit-3.00 pm sas-7.00 pm 

 

Sibtijiet, Ħdud, id-19, is-27 u l-31 ta’ Marzu:            mit-8.00 am sas-1.00 pm

 

Il-Ġimgħa t-3 ta’ April (l-aħħar nofstanhar):             mit-8.00 am sa nofsinhar

 

Importanti li l-persuna tieħu l-Karta tal-Identita’ jew tar-Residenza tagħha meta tmur tagħmel id-dikjarazzjoni bil-ġurament/solenni u li, fid-data tal-votazzjoni bikrija (4 ta’ April, 2015) tkun fil-pussess tad-dokument għall-votazzjoni tagħha, għax mingħajru, ħadd ma jitħalla jivvota.

 

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

17 ta’ Marzu, 2015