Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Tags: LC 2015, REFERENDUM 2015

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fis-26 ta’ Jannar, 2015, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom, illi huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ jew id-Dokument tar-Residenza biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:
 
Fis-26, 28, 29, 30 u 31 ta’ Marzu u fl-1 u fit-2 ta’ April mid-9.00 am sas-1.00 pm u mis-2.30 pm sat-8.00 pm.
Fil-ġurnata tad-Duluri (27 ta’ Marzu) u fil-Ġimgħa l-Kbira (3 ta’ April) il-ħin ikun mid-9.00 am sas-1.00 pm.
Fl-aħħar jum, is-Sibt 4 ta’ April, il-ħin ikun mid-9.00 am sas-1.00 pm u mis-2.30 pm sal-10.00 pm.
 
Fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra, waqt li fil-lokalitajiet ta’ L-Iklin, Ħal Lija, Marsaskala, Pembroke, Ta’ Xbiex u Fontana, d-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet. Kull persuna trid tieħu magħha l-Karta tal-Identita’ jew id-Dokument tar-Residenza. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.
 
Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.