Elezzjoni Każwali għall-Kumitat Amministrattiv tal-komunità tal-Kappara, San Ġwann
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ membru għall-Kumitat Ammistrattiv tal-Komunità tal-Kappara, San Ġwann, wara r-riżenja tas-Sur Simon Ellul Sullivan (2014, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ membru għall-Kumitat Ammistrattiv tal-Komunità tal-Kappara, San Ġwann.
www.electoral.gov.mt
17 ta’ April, 2017