Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa wara r-riżenja tal-Kunsillier Kevin Barun (April 2015, PL)
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.
www.electoral.gov.mt
26 ta’ Settembru, 2016